3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ April 2015 – Pierre Mulhaupt, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Civile Immobilière Senior Home (SCI)
(Kawża C-195/15)
(2015/C 254/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Pierre Mulhaupt, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Civile Immobilière Senior Home (SCI)
Partijiet oħra fil-kawża:
Gemeinde Wedemark, Hannoversche Volksbank eG
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ dritt in rem li jinsab fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (1), ikopri regola nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 12 tal-Grundsteuergesetz (Liġi dwar it-taxxa fuq proprjetà immobbli), moqri flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 77(2) tal-Abgabenordnung (Kodiċi fiskali), li tipprovdi li l-krediti tat-taxxa fuq proprjetà immobbli jikkostitwixxu ipso jure piż tad-dritt pubbliku fuq il-proprjetà immobbli u li l-proprjetarju għandu għaldaqstant jittollera l-eżekuzzjoni forzata fuq il-proprjetà immobbli?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
Full & Egal Universal Law Academy