29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fid-29 ta’ April 2015 – Granarolo SpA vs Ambrosi Emmi France SA
(Kawża C-196/15)
(2015/C 213/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Granarolo SpA
Konvenuta: Ambrosi Emmi France SA
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 (1), għandu jinftiehem fis-sens li taqa’ fil-materji ta’ delitt l-azzjoni għad-danni għal ksur ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti li jikkonsistu fil-provvista ta’ merkanzija matul diversi snin lil distributur mingħajr kuntratt qafas u lanqas esklużività?
2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament huwa applikabbli għad-determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li huwa l-bażi tat-talba fil-każ imsemmi fl-ewwel domanda?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy