13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ April 2015 – Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-198/15)
(2015/C 228/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
Id-domandi magħmula jirrigwardaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 u l-intestatura 8713 li tinsab fih.
(1)
Il-kelmiet “għall-[…] persuni b’diżabilità” ifissru “biss” għal persuni b’diżabbiltà?
(2)
Liema huwa s-sens tal-kelmiet “persuni b’diżabilità”, b’mod partikolari:
a)
huma rriżervati għall-persuni li għandhom diżabbiltà flimkien ma’ limitazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jimxu jew li jimxu mingħajr diffikultà, jew jinkludu persuni li l-kapaċità tagħhom li jimxu jew li jimxu mingħajr diffikultà biss hija limitata?
b)
il-kelmiet “persuni b’diżabilità” jimplikaw li l-limitazzjoni tal-kapaċità ma hijiex sempliċement marġinali?
c)
limitazzjoni temporanja ta’ kapaċità, li pereżempju tirriżulta minn sieq miksura, tista’ tikkostitwixxi diżabbiltà?
(3)
In-Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-4 ta’ Jannar 2005 (2005/C1/03) (2), sa fejn jeskludu l-vetturi bil-mutur magħmmra b’lieva ta’ direzzjoni distinta u aġġustabbli (“scooters”), ibiddlu s-sens tal-intestatura 8713?
(4)
Il-possibbiltà li vettura tintuża minn persuna mingħajr diżabbiltà għandha impatt fuq il-klassifikazzjoni tariffarja, jekk jista’ jiġi kkonstatat li l-imsemmija vettura għandha karatteristiċi speċjali li jtaffu l-effetti ta’ diżabbiltà?
(5)
Jekk l-adegwatezza għal użu minn persuni mingħajr diżabbiltà tikkostitwixxi kunsiderazzjoni rilevanti, sa fejn l-inkonvenjenzi ta’ tali użu għandhom ukoll ikunu rilevanti sabiex tiġi ddeterminata din l-adegwatezza?
(1) ĠU L 301, p. 1
(2) Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 137, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy