6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fid-29 ta’ April 2015 – Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis) vs Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis
(Kawża C-201/15)
(2015/C 221/05)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis)
Konvenut: Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis
Domandi preliminari
1)
Regola tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 5(3) tal-Liġi 1387/1983, li tissuġġetta t-tkeċċiji kollettivi f’impriża partikolari għal awtorizzazzjoni mill-Amministrazzjoni maħruġa abbażi tal-kriterji: a) tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, b) tas-sitwazzjoni tal-impriża u ċ) tal-interess tal-ekonomija nazzjonali, hija b’mod partikolari konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59/KE (1) u, ġeneralment mal-Artikoli 49 u 63 TFUE?
2)
Fl-ipoteżi ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, regola tad-dritt nazzjonali ta’ tali kontenut hija konformi, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59/KE u, ġeneralment, mal-Artikoli 49 u 63 TFUE meta jeżistu raġunijiet soċjali serji, bħal kriżi ekonomika gravi u livell ta’ qgħad partikolarment għoli?
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).
Full & Egal Universal Law Academy