6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Isvezja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen
(Kawża C-203/15)
(2015/C 221/06)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Stockholm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tele2 Sverige AB
Konvenuta: Post- och telestyrelsen
Domandi preliminari
1)
Obbligu ġenerali ta’ żamma tal-informazzjoni, dwar il-persuni kollha, il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika kollha u li tirrigwarda d-data dwar it-traffiku kollha mingħajr ebda distinzjoni, limitazzjoni jew eċċezzjoni bl-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità [u kif deskritt fid-deċiżjoni tar-rinviju] huwa kompatibbli mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE (1), b’kunsiderazzjoni tal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
2)
Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija negattiva, tali obbligu ta’ żamma jista’ madankollu jiġi rikonoxxut:
a)
jekk l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data miżmuma huwa mfassal kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju], u
b)
jekk ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà tad-data huma rregolati kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju] iktar ’il fuq, u li
c)
id-data inkwistjoni kollha għandha tinżamm għal sitt xhur, ikkalkolati mill-ġurnata meta tieqaf il-komunikazzjoni, qabel titħassar, kif huwa espost [fid-deċiżjoni tar-rinviju]?
(1) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).
Full & Egal Universal Law Academy