10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/3
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 minn Nissan Jidosha KK mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-572/12 – Nissan Jidosha KK vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-207/15 P)
(2015/C 262/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Nissan Jidosha KK (rappreżentanti: B. Brandreth, D. Cañadas Arcas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-4 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-572/12;
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fis-6 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża R 2469/2011-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti fl-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti fl-appell issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1). Hija b’mod partikolari osservat bi żball li l-Artikolu 47 ma jawtorizzax it-talbiet għal tiġdid suċċessiv. Minbarra l-interpretazzjoni żbaljata tagħha tal-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 207/2009, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 207/2009 meta qieset li din id-dispożizzjoni kienet tirrigwarda biss is-sinjal tat-trade mark Komunitarja.
a)
L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 47(3) tinkludi kontradizzjonijiet interni.
b)
L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 47(3) timplika rinunzja de facto ta’ parti mit-trade mark skont kundizzjonijiet li jmorru kontra dawk previsti fl-Artikolu 50 tar-Regolament Nruo207/2009.
c)
Ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali invokat mill-Qorti Ġenerali huwa msemmi biss għal raġunijiet ta’ miżuri meħuda mill-UASI. Dan ir-rekwiżit ma jirriżultax mill-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 47(3) u ċ-ċertezza legali hija wkoll iggarantita mill-interpretazzjoni proposta mill-appellanti. F’dan il-każ, l-UASI aġixxiet fuq il-premessa li t-trade mark kienet ġiet irrinunzjata, fatt li ġie kklassifikat bħala żball ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali.
d)
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 47(3) proposta mir-rikorrenti, ma hijiex prekluża mill-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu.
e)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 48 meta qieset li din id-dispożizzjoni kienet tirrigwarda biss is-sinjal tat-trade mark Komunitarja.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy