10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Mureș (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Mejju 2015 – ENEFI Energiahatekonysagi Nyrt vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Brașov – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Mureș
(Kawża C-212/15)
(2015/C 262/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Mureș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ENEFI Energiahatekonysagi Nyrt
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Brașov
Domandi preliminari
1)
Fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2)(f) u (k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (1), l-effetti tal-proċeduri ta’ insolvenza previsti mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri jistgħu jinkludu, fir-rigward ta’ kreditur li ma pparteċipax fil-proċeduri ta’ insolvenza, id-dekadenza mid-dritt li jieħu azzjoni sabiex jinforza l-kreditu tiegħu fi Stat Membru ieħor jew is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata ta’ tali kreditu f’dan l-Istat Membru l-ieħor?
2)
Hija rilevanti f’dan ir-rigward in-natura fiskali tal-kreditu li huwa s-suġġett ta’ eżekuzzjoni forzata fi Stat Membru differenti mill-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
Full & Egal Universal Law Academy