3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-11 ta’ Mejju 2015 – Município de Vila Pouca de Aguiar vs Sá Machado & Filhos, SA, Norcep Construções e Empreendimentos, Lda
(Kawża C-214/15)
(2015/C 254/09)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Município de Vila Pouca de Aguiar
Konvenuti: Sá Machado & Filhos, SA, Norcep Construções e Empreendimentos, Lda
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 55 tad-Direttiva Nru 2004/18/KE (1), fl-ambitu ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi, jippermetti l-esklużjoni immedjata ta’ offerta li, meta tkun ġiet ippreżentata, ma kinitx immedjatament akkumpanjata b’dokument li jinkludi l-ġustifikazzjoni tal-“prezz anormalment baxx” f’sitwazzjoni fejn id-dokumenti tas-sejħa għal offerti jinkludu l-iffissar tal-kriterju meħtieġ għall-osservanza tal-imsemmi kunċett [ara l-punt 90.o/C1 tal-“programm tal-proċedura tas-sejħa għal offerti”]?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)
Full & Egal Universal Law Academy