10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Campobasso (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Gianpaolo Paoleti et
(Kawża C-218/15)
(2015/C 262/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Campobasso
Partijiet fil-kawża prinċipali
Gianpaolo Paoletti, Umberto Castaldi, Domenico Faricelli, Antonio Angelucci, Mauro Angelucci, Antonio D’Ovidio, Camillo Volpe, Alfredo Viali, Giampaolo Canzano, Raffaele Di Giovanni, Antonio Della Valle
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 7 tal-KEDB, l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, u l-Artikolu 6 tat-[TUE], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, li seħħet fl-1 ta’ Jannar 2007, wasslet għat-tneħħija tar-reat previst u ssanzjonat mill-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998 (test uniku [dwar l-immigrazzjoni]) f’dak li jirrigwarda l-għajnuna għall-immigrazzjoni u l-preżenza kontinwa ta’ ċittadini Rumeni fl-Italja?
2)
L-artikoli ċċitati għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa pprojbit għall-Istat Membru li japplika l-prinċipju tar-retroattività in mitius fir-rigward ta’ dawk li, qabel l-1 ta’ Jannar 2007 (jew kull data suċċessiva li tiddetermina l-applikazzjoni sħiħa tat-trattat), data tad-dħul fis-seħħ tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, nstabu ħatja tal-ksur tal-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998 (test uniku dwar l-immigrazzjoni) talli kienu ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni ta’ ċittadini Rumeni, fatt li ma huwiex iktar ikkunsidrat bħala reat mill-1 ta’ Jannar 2007?
Full & Egal Universal Law Academy