7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Mejju 2015 – combit Software GmbH vs Commit Business Solutions Ltd
(Kawża C-223/15)
(2015/C 294/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: combit Software GmbH
Konvenuta: Commit Business Solutions Ltd
Domandi preliminari (1)
Liema konsegwenzi jirriżultaw, għall-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni ta’ trade mark Komunitarja verbali, mis-sitwazzjoni fejn, mill-perspettiva tal-konsumatur medju ta’ parti mill-Istati Membri, ix-xebh fonetiku tat-trade mark Komunitarja ma’ denominazzjoni oħra li hija kkritikata li tikser it-trade mark Komunitarja huwa nnewtralizzat permezz ta’ differenza kunċettwali, filwaqt li mill-perspettiva tal-konsumatur medju ta’ Stati Membri oħra ma huwiex:
a)
Għall-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni hija determinanti l-perspettiva tal-konsumatur medju ta’ parti mill-Istati Membri jew il-perspettiva tal-konsumatur medju tal-parti oħra jew inkella l-perspettiva ta’ konsumatur medju fittizju tal-Istati Membri kollha
b)
Jeżisti ksur tat-trade mark Komunitarja għat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea meta teżisti probabbiltà ta’ ksur biss f’parti minn dan it-territorju, jew għandha ssir differenzazzjoni bejn l-Istati Membri individwali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy