10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Reggio Calabria (l-Italja) fil-15 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Domenico Politano’
(Kawża C-225/15)
(2015/C 262/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Reggio Calabria
Parti fil-kawża prinċipali
Domenico Politano’
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 49 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-għoti ta’ konċessjonijiet, tipprevedi proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (hekk kif irregolata mill-Artikolu [10] (9 g) tal-Liġi Nru 44 tas-26 ta’ April 2012) li, mingħajr ma tipprevedi f’dan ir-rigward għal kriterji oħra minbarra r-rekwiżit ta’ żewġ referenzi bankarji li ġejjin minn żewġ stabbilimenti finanzjarji differenti, tinkludi klawżola ta’ esklużjoni li teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti impriżi li ma għandhomx kapaċità ekonomika u finanzjarja?
2)
L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-għoti ta’ konċessjonijiet, tipprevedi proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (hekk kif irregolata mill-Artikolu [10] (9 g) tal-Liġi Nru 44 tas-26 ta’ April 2012) li, mingħajr ma tipprevedi f’dan ir-rigward dokumentazzjoni jew għażliet oħra, kif previst fil-leġiżlazzjoni sopranazzjonali, [tinkludi klawżola ta’ esklużjoni li teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti impriżi] li ma għandhomx kapaċità ekonomika u finanzjarja?
(1) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Full & Egal Universal Law Academy