3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/7
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 minn Apple and Pear Australia Ltd, Star Fruits Diffusion mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-378/13, APAL u Star Fruit vs UASI
(Kawża C-226/15 P)
(2015/C 254/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Apple and Pear Australia Ltd, Star Fruits Diffusion (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-25 ta’ Marzu 2015, fil-Kawża T-378/13, EU:T:2015:186, sa fejn ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż, prinċipalment, għar-riforma tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4;
—
tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4, fis-sens li l-appell ippreżentat mill-appellanti lil dan il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, għandu jilqa’ l-oppożizzjoni tal-appellanti għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ENGLISH PINK Nru 8610768;
—
tikkundanna l-Uffiċċju li jbati l-ispejjeż kollha tal-appellanti marbutin kemm mal-proċedura tal-Appell kif ukoll ma’ dawk tal-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw l-aggravji li ġejjin.
Fl-ewwel lok, l-appellanti jqisu li kemm il-Qorti Ġenerali kif ukoll il-Bord tal-Appell kisru l-prinċipju ġenerali ta’ awtorità ta’ res judicata bejn l-istess partijiet minn tribunal tat-trade marks Komunitarji b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 fuq it-trade mark Komunitarja (“RTK”) (1), kif ukoll il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
Fit-tieni lok, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65(3) tal-istess regolament, u li ma rriformatx id-deċiżjoni tal-Uffiċċju.
Fl-aħħar nett, l-appellanti jqisu li peress li l-kawża qiegħda fi stat li tiġi ġġudikata, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna li tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy