3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Rechtbank Den Haag (in-Netherlands) fl-20 ta’ Mejju 2015 – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA
(Kawża C-230/15)
(2015/C 254/11)
Lingwa tal-kawża: in-Netherlandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Brite Strike Technologies Inc.
Konvenuta: Brite Strike Technologies SA
Domandi preliminari
1)
Il-BCIP [(Konvenzjoni Benelux dwar il-proprjetà intellettwali (trade marks u disinni)] għandha (għar-raġunijiet indikati fil-punti 28-34 tas-sentenza tal-Gerechtshof Den Haag tas-26 ta’ Novembru 2013 jew għal oħrajn) tiġi kkunsidrata bħala konvenzjoni li saret wara, hekk li l-Artikolu 4.6 tagħha ma jistax jitqies bħala regola partikolari fis-sens tal-Artikolu 71 tar-Regolament ta’ Brussell I (1)? Fil-każ ta’ risposta affermattiva:
2)
Jirriżulta mill-Artikolu 22(4) tar-Regolament ta’ Brussell I li kemm il-qorti Belġjana kif ukoll il-qorti Netherlandiża u l-qorti Lussemburgiża għandhom ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża?
3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva, kif għandu jiġi stabbilit, f’kawża bħal din, jekk hijiex il-qorti Belġjana jew dik Netherlandiża jew il-qorti Lussemburgiza li għandha ġurisdizzjoni internazzjonali? Huwa possibbli li (madankollu) jiġi applikat l-Artikolu 4.6 tal-BCIP sabiex tiġi stabbilita (b’mod iktar preċiż) il-ġurisdizzjoni internazzjonali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy