7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-21 ta’ Mejju 2015 – Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, Petrotel sp. z o.o. vs Polkomtel sp. z o.o.
(Kawża C-231/15)
(2015/C 294/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, Petrotel sp. z o.o.
Konvenuta: Polkomtel sp. z o.o.
Domanda preliminari
L-ewwel u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta impriża li tipprovdi netwerk (network provider) tikkontesta d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tistabbilixxi t-tariffa tat-tmiem tat-telefonata (call termination rate) fin-netwerk tal-imsemmija impriża (deċiżjoni MTR), u meta sussegwentement tikkontesta d-deċiżjoni konsekuttiva tal-awtorità regolatorja nazzjonali li temenda l-kuntratt li jorbot id-destinatarju tad-deċiżjoni MTR ma’ impriża oħra b’mod li t-tariffi mħallsa minn din l-impriża l-oħra għat-tmiem tat-telefonata fin-netwerk tad-destinatarju tad-deċiżjoni MTR jikkorrispondu mat-tariffi stabbiliti fid-deċiżjoni MTR (deċiżjoni ta’ implementazzjoni), il-qorti nazzjonali, li tikkonstata li d-deċiżjoni MTR ġiet annullata, ma tistax tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni fid-dawl tal-formulazzjoni tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21 kif ukoll tal-interessi li l-impriża li tibbenefika mid-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tislet mill-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali; jew inkella l-ewwel u [t-tielet] sentenzi tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali tista’ tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali u konsegwentement tħassar l-obbligi previsti f’din id-deċiżjoni għall-perijodu ta’ qabel is-sentenza jekk din tqis li dan huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-impriża li tkun ippreżentat ir-rikors kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li timplementa l-obbligi previsti fid-deċiżjoni MTR li ġiet annullata sussegwentement?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.
Full & Egal Universal Law Academy