27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fil-21 ta’ Mejju 2015 – SIA “Oniors Bio” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-233/15)
(2015/C 245/14)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Oniors Bio”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
1)
Prodotti li fir-rigward tagħhom ir-riżultati tal-eżami tal-kampjuni meħuda fuq ċerti eżemplari ma żvelawx il-preżenza ta’ spirtu metilizzat jew sustanzi oħra noċivi li jagħmluhom mhux tajjba għall-konsum mill-bniedem iżda li, konformement mal-informazzjoni pprovduta mill-produttur, ma jistgħux jintużaw fil-prodotti tal-ikel (produzzjoni u katina tal-ikel) minħabba li wieħed ma jistax jeskludi l-preżenza ta’ sustanzi noċivi fil-prodott minħabba karatteristiċi tal-proċess ta’ produzzjoni għandhom b’mod ġenerali jiġu kklassifikati billi jintuża wieħed mill-kodiċi tal-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, applikabbli għall-prodotti li ma humiex tal-ikel jew madankollu jeħtieġ li dawn il-prodotti jiġu kklassifikati b’mod ġenerali billi jintuża wieħed mill-kodiċi tal-NM applikabbli għall-prodotti tal-ikel?
2)
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, liema huma l-kriterji determinanti biex jiġu interpretati l-kunċetti ta’ “prodott tal-ikel” u ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”?
3)
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-użu intenzjonat ta’ prodott jista’ jkun kriterju oġġettiv tal-kassifikazzjoni tal-merkanzija?
4)
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-opinjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li tgħid li, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Istat Membru fil-qasam tal-ikel, il-merkanzija importata mir-rikorrenti ma tistax tintuża fil-katina tal-ikel peress li ma hijiex tajba għall-konsum mill-bniedem tista’ tintuża bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”?
5)
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-informazzjoni kkomunikata mill-produttur dwar il-proċess teknoloġiku ta’ produzzjoni ta’ merkanzija, li minħabba fiha wieħed ma jistax jeskludi l-preżenza ta’ sustanzi noċivi fil-prodott tista’ tintuża bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”?
6)
Liema proprjetajiet fiżiko-kimiċi ta’ merkanzija li għandha tiġi kklassifikata huma determinanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni korretta tal-Kodiċi 1518 00 31 u 1517 90 91 tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana?
7)
Il-Kodiċi 1518 00 31 tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, għandu jiġi applikat għal merkanzija li tippreżenta proprjetajiet fiżiko-kimiċi bħal dawk li ġew ikkonstatati f’din il-kawża?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382
Full & Egal Universal Law Academy