Kawża C-234/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Mejju 2015 – SC Doris Spedition SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Constanţa – Serviciul fiscal orăşenesc Hârşova
C2702015MT1410120150521MT0016141141
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Mejju 2015 – SC Doris Spedition SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Constanţa – Serviciul fiscal orăşenesc Hârşova
(Kawża C-234/15)2015/C 270/16Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Constanţa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Doris Spedition SRL
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Constanța – Serviciul fiscal orășenesc Hârșova
Parti terza li qed taġixxi ta’ garanti: Administrația Fondului pentru Mediu Bucureşti
Domanda preliminari
L-Artikolu 110 TFUE jipprekludi l-istabbiliment, skont l-Artikolu 4(a) tal-Liġi Nru 9/2012, tal-obbligu li titħallas taxxa fuq l-emmissjonijiet li jniġġsu tal-karozzi użati li joriġinaw miż-żona tal-Komunità waqt ir-reġistrazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti, skont il-liġi, tal-akkwist tad-dritt ta’ proprjetà fuq karozza, mill-ewwel proprjetarju fir-Rumanija, u l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u l-għoti ta’ numru ta’ reġistrazzjoni, taxxa li tapplika wkoll fil-każ ta’ trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà fuq il-karozzi nazzjonali, ħlief meta tali taxxa jew taxxa simili tkun diġà tħallset?
Full & Egal Universal Law Academy