20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Minister for Justice and Equality vs Francis Lanigan
(Kawża C-237/15)
(2015/C 236/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister for Justice and Equality
Konvenut: Francis Lanigan
Domandi preliminari
1.
X’inhuwa l-effet ta’ nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (1) moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tal-imsemmija deċiżjoni qafas?
2.
In-nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) jagħti lok għal drittijiet min-naħa ta’ individwu li nżamm taħt kustodja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar iċ-ċediment tiegħu/tagħha għal perijodu li jeċċedi dawn il-perijodi ta’ żmien?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34
Full & Egal Universal Law Academy