14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni vs Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT et
(Kawża C-240/15)
(2015/C 302/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
Konvenuti: Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze
Domanda preliminari
Il-prinċipji ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza anki mill-perspettiva finanzjarja u organizzattiva li għandhom jiġu rikonoxxuti favur l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji msemmija fl-Artikolu [3] tad-Direttiva 2002/21/KE (1), kif ukoll il-prinċipju ta’ awto-finanzjament sostanzjali msemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE (2) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik inkwistjoni fil-kawża f’din il-kawża) li tissuġġetta anki lil tali awtoritajiet bħala regola ġenerali għad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-finanzi pubbliċi u, b’mod partikolari, għal dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-limitazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-amminstrazzjonijiet pubbliċi?
(1) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29. p. 349).
(2) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).
Full & Egal Universal Law Academy