27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Niculaie Aurel Bob-Dogi
(Kawża C-241/15)
(2015/C 245/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Parti fil-kawża prinċipali
Niculaie Aurel Bob-Dogi
Domandi preliminari
1)
Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas [2002/584/ĠAI] (1), l-espressjoni “eżistenza ta’ mandat ta’ arrest”, għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – maħruġ konformement mad-dispożizzjonijiet proċedurali tal-Istat Membru emittenti, jiġifieri differenti mill-mandat ta’ arrest Ewropew?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ineżistenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – tikkostitwixxi raġuni impliċita għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?
(1) Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).
Full & Egal Universal Law Academy