24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fis-27 ta’ Mejju 2015 – Lesoochranárské zoskupenie VLK vs Obvodný úrad Trenčín
(Kawża C-243/15)
(2015/C 279/22)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lesoochranárské zoskupenie VLK
Konvenuta: Obvodný úrad Trenčín
Intervenjenti: Biely potok, a.s.
Domanda preliminari
Fil-każ ta’ allegat ksur tad-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, implementat prinċipalment, f’dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea, bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), jiġifieri b’mod partikolari permezz ta’ għajnuna sabiex tinkiseb l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali fuq proġett li x’aktarx jaffettwa b’mod sinjifikattiv żoni speċjali ta’ konservazzjoni kkonċentrati fin-netwerk ekoloġiku Ewropew taħt l-isem ta’ NATURA 2000, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt li r-rikorrenti, fil-kwalità tagħha bħala assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru stabbilita għall-finijiet tal-protezzjoni tal-ambjent fil-livell nazzjonali, issostni skont l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali fil-proċess deċiżjonali u l-aċċess għall-qrati fil-qasam tal-ambjent u fil-limiti indikati fis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie (C-240/09, EU:C:2011:125) jistgħu jiġu applikati b’mod ekwu wkoll meta l-qorti nazzjonali tagħlaq l-istħarriġ ġudizzjarju f’tilwima dwar l-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ma tirrikonoxxix il-pożizzjoni legali bħala parti fi proċedura amministrattiva dwar l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, u tistieden lir-rikorrenti sabiex tippreżenta appell peress li ġiet eskluża mill-proċedura amministrattiva msemmija?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.
Full & Egal Universal Law Academy