10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/8
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 minn Maxcom Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-247/15 P)
(2015/C 262/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Maxcom Ltd (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Chin Haur Indonesia, PT; il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddeċiedi li l-appell huwa ammissibbli u fondat;
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar it-tieni parti tal-ewwel motiv;
—
tiċħad fl-intier tiegħu l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza;
—
tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest tal-appell u tal-intervent tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq l-argumenti li ġejjin.
—
Huwa manifestament b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali iddeċidiet li, konformement mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku (1), il-Kunsill ma setax jikkonkludi fuq l-eżistenza ta’ trażbord magħmul mir-rikorrenti fl-ewwel istanza abbażi tal-fatt (i) li ma kinitx produttriċi Indoneżjana ġenwina u (ii) li ma wettqitx operazzjonijiet ta’ mmuntar li jeċċedu l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Bażiku.
—
Sussidjarjament, l-annullament tar-Regolament Nru 501/2013 (2) sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma huwiex iġġustifikat, anki jekk il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ trażbord huma żbaljati, peress li l-Qorti Ġenerali kkonfermat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet wettqet operazzjonijiet ta’ mmuntar li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Bażiku u kkonfermat ukoll l-eżistenza tal-kriterji l-oħra kollha rikjesti għal rifjut ta’ għoti lir-rikorrenti fl-ewwel istanza ta’ eżenzjoni mill-miżuri kontra l-evażjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy