10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fid-29 ta’ Mejju 2015 – Vivium SA vs Belgische Staat
(Kawża C-250/15)
(2015/C 262/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vivium SA
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività u l-prinċipju ta’ ekwivalenza, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha r-rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji disponibbli kontra atti u regolamenti ta’ awtoritajiet amministrattivi bbażati fuq dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ma jkunux disponibbli f’każ fejn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, adottata skont l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikolu 234 KE), tiddeċiedi li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, filwaqt li kull persuna kkonċernata tista’ tippreżenta quddiem il-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali rikors għall-annullament ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali f’każ li sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali, tkun ikkonstatat li din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tmur kontra l-Kostituzzjoni, u li s-sentenza għal annullament tal-Qorti Kostituzzjonali adottata f’dan ir-rikors tiftaħ mill-ġdid ir-rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji disponibbli kontra atti u regolamenti ta’ awtoritajiet amministrattivi bbażati fuq id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali annullata?
Full & Egal Universal Law Academy