24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Michael Ihden, Gisela Brinkmann vs TUIfly GmbH
(Kawża C-257/15)
(2015/C 279/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Michael Ihden, Gisela Brinkmann
Konvenuta: TUIfly GmbH
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ sekwenza ta’ titjiriet, ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew waqt titjira preċedenti jistgħu jikkostitwixxu wkoll ċirkustanzi straordinarji għat-titjira kontenzjuża meta t-trasportatur tal-ajru li jopera t-titjira jkollu l-possibbiltà li jevita d-dewmien fil-konfront tat-titjiriet sussegwenti billi jannulla ċerti titjiriet ippjanati fis-sekwenza ta’ titjiriet?
2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: iċ-ċirkustanzi straordinarji għandhom ikunu seħħew fl-istess ġurnata, fil-ġurnata preċedenti jew, b’mod iktar ġeneral, esklużivament matul is-sekwenza prevista ta’ titjiriet?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy