Kawża C-261/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Ieper (il-Belġju) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV vs Gregory Demey
C2702015MT1710120150601MT0021171171
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Ieper (il-Belġju) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV vs Gregory Demey
(Kawża C-261/15)2015/C 270/21Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Vredegerecht te Ieper
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV
Konvenut: Gregory Demey
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(2) in fine, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, jipprekludi d-dispożizzjonijiet penali nazzjonali Belġjani […] li abbażi tagħhom passiġġier tal-ferroviji mingħajr biljett – u lanqas regolarizzazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni fit-terminu previst mil-leġiżlazzjoni – iwettaq reat kriminali li jeskludi kull rabta kuntrattwali bejn il-kumpannija ta’ trasport u l-passiġġier tal-ferroviji, b’mod li jiġi miċħud ukoll lill-passiġġier tal-ferroviji l-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni legali fil-qasam tad-dritt Ewropew u tad-dritt nazzjonali Belġjan li huma bbażati fuq din ir-rabta kuntrattwali (esklużiva) mal-konsumatur […]?
( 1 ) ĠU L 315, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy