7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – GD European Land Systems – Steyr GmbH
(Kawża C-262/15)
(2015/C 294/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GD European Land Systems – Steyr GmbH
Konvenut: Zollamt Eisenstadt Flughafen Wien
Domandi preliminari
1.
L-eċċezzjoni tan-Nota 1(ċ) tal-Kapitolu 93 tan-Nomenklatura Magħquda [Parti II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), fil-verżjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-4 ta’ Ottubru 2013 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni] dwar it-“[t]ankijiet u vetturi oħrajn korazzati tal-ġlied (Nru 8710)” tinkludi wkoll il-“partijiet” tagħhom?
2.
In-Nota 3 tat-Taqsima XVII tan-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li “stazzjon tal-armi (turretta ta’ tank tal-ġlied)” li jista’ jintuża fuq tankijiet tal-ġlied, fuq “sistemi ta’ trasport marittimu mobbli” jew ukoll f’installazzjonijiet fissi għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 8710, bħala parti ta’ tank tal-ġlied, ladarba dan l-istazzjon tal-armi jkun ġie importat mill-manifattur tat-tank tal-ġlied għall-produzzjoni jew għall-armar tat-tank tal-ġlied u jkun fil-fatt użat għal dan l-iskop?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(2) ĠU L 290, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy