7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/23
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 minn Makro autoservicio mayorista SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Sitt Awla) fit-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-269/12: Makro autoservicio mayorista vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-264/15 P)
(2015/C 294/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Makro autoservicio mayorista SA (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla fl-intier tagħha, is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-269/12;
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors;
—
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa ppreżentat minn Makro Autoservicio Mayorista SA kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-269/12, Makro autoservicio mayorista SA vs Il-Kummissjoni, li fih il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea COM (2010) 22 finali, peress li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma kinitx tikkonċerna lill-appellanti direttament.
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn l-awtoritajiet Spanjoli ma għandhom l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tar-riżultat meta dawn jimplementaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u li, għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikkonċernaha direttament.
B’mod iktar partikolari, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin insostenn tal-appell tagħha:
—
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fl-implementazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-appellanti.
—
Anki jekk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom marġni ta’ diskrezzjoni (li ma nikkunsidrax li huwa l-każ), il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li l-eżistenza nnifisha ta’ setgħa diskrezzjonali ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġi eskluż li l-appellanti hija kkonċernata direttament.
—
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-klassifikazzjoni legali tal-elementi fattwali, jew żnaturathom.
Full & Egal Universal Law Academy