7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/24
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 minn Vestel Iberia, SL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-249/12, Vestel Iberia vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-265/15 P)
(2015/C 294/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Vestel Iberia, SL (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T 249/12;
—
tiddikjara r-rikors inammissibbli;
—
tirrinvija l-kawża quddiem l-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq il-motivi dwar il-mertu tar-rikors;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ din il-proċedura u dik quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell qed jiġi ppreżentat minn Vestel Iberia, SL mis-sentenza mogħtija fit-12 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-249/12, Vestel Iberia SL vs Il-Kummissjoni, li fiha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea COM (2010) 22 finali, minħabba li r-rikorrenti ma hijiex direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li l-awtoritajiet Spanjoli ma jgawdi mill-ebda marġini ta’ diskrezzjoni fir-rigward tar-riżultat meta jimplementaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u li, għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikkonċerna direttament.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti tinvoka l-aggravji li ġejjin insostenn tal-appell tagħha:
—
il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom marġini ta’ diskrezzjoni fl-implementazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti;
—
anki jekk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom marġini ta’ diskrezzjoni (li ma nikkunsidrawx li huwa l-każ), il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li s-sempliċi eżistenza ta’ setgħa diskrezzjonali ma hijiex biżżejjed sabiex teskludi interess dirett;
—
il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-klassifikazzjoni legali tal-provi, jew żnaturat l-provi.
Full & Egal Universal Law Academy