7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Office national des Pensions vs Willem Hoogstad; il-parti l-oħra fil-proċedura: Institut national d’assurance maladie invalidité
(Kawża C-269/15)
(2015/C 294/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Office national des Pensions
Konvenut: Willem Hoogstad
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Institut national d’assurance maladie invalidité
Domanda preliminari
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (1), tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li kontribuzzjoni bħat-tnaqqis imwettaq skont l-Artikolu 191(1)(7) tal-liġi dwar l-assigurazzjoni obbligatorja għall-kura tas-saħħa u kumpens ikkoordinata fl-14 ta’ Lulju 1994 u bħall-kontribuzzjoni ta’ solidarità dovuta skont l-Artikolu 68 tal-liġi tat-30 ta’ Marzu 1994 dwar dispożizzjonijiet soċjali, tiġi mnaqqsa fuq benefiċċji ta’ skemi ta’ pensjoni addizzjonali Belġjani li ma humiex leġiżlazzjonijiet fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(j) ta’ dan ir-regolament meta l-benefiċċji tal-pensjoni jkunu dovuti lil aventi kawża li ma jirrisjedix fil-Belġju u li, skont l-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan l-istess regolament, huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li jirrisjedi fih?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy