7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ġunju 2015 – Hecht-Pharma GmbH vs Hohenzollern Apotheke, Inhaber Winfried Ertelt
(Kawża C-276/15)
(2015/C 294/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hecht-Pharma GmbH
Konvenuti: Hohenzollern Apotheke, Inhaber Winfried Ertelt
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/83/KE (1) ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 21(2)(1) tal-Liġi dwar il-kummerċ ta’ prodotti mediċinali (Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln), li tipprovdi li prodott mediċinali intiż għall-użu mill-bniedem ma huwiex suġġett għal awtorizzazzjoni u li, minħabba l-fatt li huwa frekwentement ordnat mit-tobba jew mid-dentisti, l-istadji essenzjali tal-manifattura tiegħu jsiru fl-ispiżeriji, f’ammont sa 100 kaxxa għal kull ġurnata kollha ppakkjati bħala parti mill-operat normali tal-ispiżerija, u li huma intiżi għall-provvista fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni ta’ operat tal-ispiżerija?
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:
2)
Tali konklużjoni tapplika wkoll meta dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 21(2)(1) tal-Liġi dwar il-kummerċ ta’ prodotti mediċinali hija interpretata fis-sens li ma huwiex suġġett għal awtorizzazzjoni prodott mediċinali intiż għall-użu mill-bniedem u li, minħabba l-fatt li huwa frekwentement ordnat mit-tobba jew mid-dentisti, l-istadji essenzjali tal-manifattura tiegħu jsiru fl-ispiżeriji, f’ammont sa 100 kaxxa għal kull ġurnata kollha ppakkjati bħala parti mill-operat normali tal-ispiżerija, u li huma intiżi għall-provvista fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni ta’ operat tal-ispiżerija, sa fejn dan il-prodott mediċinali huwa jew fornut lil pazjent speċfiku fuq il-bażi ta’ riċetta medika, li mhux neċessarjament għandha tkun disponibbli qabel it-tħejjija tal-prodott mediċinali, jew huwa ppreparat fl-ispiżerija skont l-indikazzjonijiet ipprovduti minn farmakopea sabiex jingħata immedjatament lill-pazjenti?
(1) Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).
Full & Egal Universal Law Academy