10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Harju Maakohus (l-Estonja) fl-10 ta’ Ġunju 2015 – Irina Nikolajeva vs OÜ Multi Protect
(Kawża C-280/15)
(2015/C 262/15)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Harju Maakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Irina Nikolajeva
Konvenuta: OÜ Multi Protect
Domandi preliminari
Id-domandi preliminari li ġejjin tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tingħata interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 (1), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata):
1)
Qorti tat-trade marks Komunitarji għandha toħroġ ordni bħal dik prevista fl-Artikolu 102(1) anki fil-każ fejn ir-rikorrent ma jkunx għamel talba f’dan is-sens u fejn il-partijiet ma jsostnux li l-konvenut għamel vjolazzjoni jew hedded li jagħmel vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja wara data speċifika fil-passat, jew il-fatt li tali allegazzjoni jew ċirkustanza ma tiġix invokata jikkostitwixxi “raġuni speċjali” fis-sens tal-ewwel sentenza tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq?
2)
L-Artikolu 9(3) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jista’ biss jeżiġi minn terz, f’każ ta’ użu min-naħa ta’ dan tal-aħħar ta’ sinjal identiku għat-trade mark tiegħu matul il-perijodu inkluż bejn il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzoni tar-reġistrazzjoni, kumpens raġonevoli skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3), iżda mhux kumpens għad-danni subiti u għall-valur kurrenti miksub permezz tal-att ta’ vjolazzjoni u li d-dritt għal kumpens raġonevoli huwa eskluż ukoll għall-perijodu ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni?
3)
Liema tipi ta’ spejjeż u tipi oħra ta’ kumpens jinkludi l-kumpens raġonevoli msemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3) u dan jista’ jinkludi wkoll, u jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet, il-kumpens għad-danni mhux partimonjali lill-proprjetarju tat-trade mark?
(1) ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy