7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch
(Kawża C-281/15)
(2015/C 294/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Soha Sahyouni
Konvenut: Raja Mamisch
Domandi preliminari
1)
It-terminu “divorzju privat”, f’dan il-każ dak quddiem qorti reliġjuża Sirjana bbażata fuq ix-Xarija, jaqa’ wkoll taħt il-kamp ta’ applikazzjoni intiż mill-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 (1), tal-20 ta’ Diċembru 2010, li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali?
2)
Fl-ipoteżi fejn tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1:
a)
L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 japplika f’każ ta’ eżami tal-possibbiltà ta’ rikonoxximent ta’ divorzju fid-dritt intern?
b)
Fl-ipoteżi fejn tingħata risposta affermattiva għad-domanda 2(a):
(1)
Għandu jintuża bħala bażi in abstracto paragun li minnu jirriżulta li, filwaqt li liġi tal-Istat tal-forum tagħti aċċess għad-divorzju wkoll lill-konjuġi l-ieħor/oħra, madankollu minħabba l-appartenenza tiegħu/tagħha għas-sess l-ieħor, dan id-divorzju huwa suġġett għal kundizzjonijiet proċedurali u sostantivi differenti minn dawk marbuta mal-aċċess għall-ewwel konjuġi,
jew
(2)
il-validità tar-regola tiddependi minn jekk l-applikazzjoni tad-dritt barrani, li hija diskriminatorja in abstracto, tkun ukoll diskriminatorja, in concreto, fil-każ ineżami?
ċ)
Fl-ipoteżi fejn tingħata risposta affermattiva għad-domanda (b)(2):
Il-kunsens għad-divorzju mill-konjuġi ddiskriminat, inkluż billi jaċċetta li jirċievi/tirċievi kumpens, minnu nnifsu huwa raġuni li r-regola ma tiġix applikata?
(1) ĠU L 343, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy