14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Beca Engineering Srl vs Ministeru tal-Intern
(Kawża C-285/15)
(2015/C 302/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Beca Engineering Srl
Konvenut: Ministeru tal-Intern
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003 (2), tipprekludi li ċ-ċmieni għandhom “ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli”, bħalma tipprevedi d-dispożizzjoni li tinsab fil-Parti II tal-Ħames Parti tal-Anness IX tad-digriet leġiżlattiv Nru 152 tat-3 ta’ April 2006 dwar l-“impjanti termiċi ċivili”, li ma ġietx innotifikata?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 9, p. 296.
(2) Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jadatta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE id-dispożizzjonijiet dwar kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 447).
Full & Egal Universal Law Academy