7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (Ir-Repubblika Slovakka) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – Jozef Grundza
(Kawża C-289/15)
(2015/C 294/40)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jozef Grundza
Domanda preliminari
L-Artikoli 7(3) u 9(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni ta’ kriminalità doppja hija ssodisfatta biss jekk il-fatt li fir-rigward tiegħu ngħatat id-deċiżjoni li għandha tiġi rikonoxxuta jikkostitwixxi, għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni konkreta tagħha (in concreto), ksur ukoll skont id-dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (indipendentement mill-elementi kostituttivi jew mill-kwalifika tal-ksur), jew huwa biżżejjed sabiex din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta li dan il-fatt ikun jikkostitwixxi delitt b’mod ġenerali (in abstracto) ukoll skont id-dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni?
(1) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, p. 27).
Full & Egal Universal Law Academy