14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miz-Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – EURO 2004, Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-291/15)
(2016/C 098/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EURO 2004, Hungary Kft.
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Domanda preliminari
L-Artikolu 181a tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi nazzjonali li tiddetermina l-valur doganali billi tibbaża ruħha fuq il-“valur ta’ operazzjoni [tranżazzjoni] ta’ merkanzija simili” meta l-valur ta’ tranżazzjoni ddikjarat jitqies li huwa anormalment dgħajjef meta mqabbel mal-medja statistika tal-prezzijiet ta’ xiri mitluba fl-importazzjoni ta’ merkanzija simili, u, għalhekk, ineżatt, u dan minkejja l-fatt li l-awtoritajiet doganali ma kkonfutawx, u lanqas qajmu dubji dwar l-awtentiċità tal-fattura u tal-attestazzjoni ta’ trasferiment prodotti bil-għan li jiġi pprovat il-prezz effettivament imħallas għall-merkanziji importati, fejn madankollu l-importatur ma pproduċiex provi oħra sabiex jistabbilixxi l-valur ta’ tranżazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy