14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/16
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 minn Slovenská pošta a.s. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-556/08, Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-293/15 P)
(2015/C 302/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Slovenská pošta a.s. (rappreżentanti: O. W. Brouwer u A.A.J. Pliego Selie, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjopni Ewropea, Ir-Repubblika Slovakka, Cromwell a.s., Slovak Mail Services a.s., Prvá Doručovacia, a.s., ID Marketing Slovensko s.r.o. (li qabel kienet TNT Post Slovensko s.r.o.)
Talbiet
—
tannulla parzjalment jew kompletament is-sentenza appellata u tagħti sentenza definittiva dwar l-appell, filwaqt li tannulla d-deċiżjoni kkontestata kompletament jew parzjalment, jew – sussidjarjament – terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, inklużi l-ispejjeż tal-partijiet intervenjenti.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament b’rabta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-7 ta’ Ottubru 2008 dwar il-leġiżlazzjoni postali Slovakka relatata ma’ servizzi ta’ posta ibrida C (2008) 5912, indirizzata lir-Repubblika Slovakka.
Slovenská pošta a.s. titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
(i)
Tannulla kompletament jew parzjalment, is-sentenza msemmija iktar ’il fuq tal-Qorti Ġenerali għall-motivi li ġejjin:
i.
L-ewwel aggravju: żbalji ta’ liġi, applikazzjoni ta’ livell ta’ prova żbaljat u applikazzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova billi kkonkludiet li r-Repubblika Slovakka kisret l-Artikolu 86(1) moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE;
a.
Żbalji ta’ liġi billi kkonkludiet li l-provvista ta’ dritt esklużiv tista’ fiha nnifisha tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 86(1) moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE;
b.
Żbalji ta’ liġi applikazzjoni ta’ livell ta’ prova żbaljat u applikazzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova billi kkonkludiet li r-Repubblika Slovakka kisret l-Artikolu 86(1) moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE billi llimitat is-servizzi output għall-utenti finali.
ii.
It-tieni aggravju: żbalji ta’ liġi, livell ta’ kontroll insuffiċjenti u żnaturament tal-provi waqt il-kontroll u l-aċċettazzjoni tad-definizzjoni tas-suq rilevanti proposta mill-Kummissjoni Ewropea;
a.
Żball ta’ liġi u livell ta’ kontroll insuffiċjenti billi aċċettat li s-suq rilevanti ta’ servizzi ta’ posta ibrida integrata seta’ jiġi ddefinit abbażi ta’ (allegata) eżistenza ta’ domanda u provvista ta’ servizz uniku;
b.
Żnaturament tal-provi u applikazzjoni ta’ kontroll insuffiċjenti billi kkonkludiet li d-domanda prevalenti fis-suq setgħet tinsilet mill-provi prodotti mill-Kummissjoni.
(ii)
Tagħti sentenza definittiva fuq l-appell, tannulla d-deċiżjoni kkontestata kompletament jew parzjalment, jew – sussidjarjament – terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.
(iii)
Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja inklużi l-ispejjeż tal-partijiet intervenjenti.
Full & Egal Universal Law Academy