19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Medisanus d. o. o. vs Splošna Bolnišnica Murska Sobota
(Kawża C-296/15)
(2015/C 346/02)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medisanus d. o. o.
Konvenuta: Splošna Bolnišnica Murska Sobota
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva 2004/18/KE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) u (8) tagħha u l-Artikolu 2 tagħha, moqrija flimkien ma’
—
id-Direttiva 2001/83/KE (2), b’mod partikolari l-Artikolu 83 tagħha
—
id-Direttiva 2002/98/KE (3), b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha
—
it-TFUE, b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu
għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi rekwiżit li prodotti mediċinali mmanifatturati b’mod industrijali għandhom jinkisbu minn “plażma Slovena” (rekwiżit li huwa bbażat fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja – Artikolu 6(71) taz-ZZdr-2)?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
(2) Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
(3) Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 346.
Full & Egal Universal Law Academy