7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Ferring Lægemidler A/S li qed taġixxi għal Ferring B.V. vs Orifarm A/S
(Kawża C-297/15)
(2015/C 294/42)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Sø- og Handelsretten (id-Danimarka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ferring Lægemidler A/S li qed taġixxi għal Ferring B.V.
Konvenuta: Orifarm A/S
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) u l-ġurisprudenza relatata għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi għat-tkomplija tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali minn importatur parallel meta dan tal-aħħar ikun ippakkja mill-ġdid l-imsemmi prodott mediċinali f’imballaġġ ġdid u fuqu waħħal it-trade mark f’sitwazzjoni fejn il-proprjetarju tat-trade mark ikun ikkummerċjalizza dan il-prodott mediċinali f’ippakkjar li għandu l-istess volum u l-istess daqs fil-pajjiżi kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea fejn dan jitqiegħed fis-suq?
2)
Għandha tingħata risposta differenti għall-ewwel domanda jekk, kemm fl-Istat ta’ esportazzjoni kif ukoll fl-Istat ta’ importazzjoni, il-proprjetarju tat-trade mark ikun qiegħed fis-suq żewġ tipi ta’ ppakkjar differenti, jiġifieri kaxxi li fihom għaxar fliexken u kaxxi li fihom flixkun wieħed, u l-importatur jkun xtara fl-Istat ta’ esportazzjoni l-kaxxi li fihom għaxar fliexken sabiex jippakkjahom mill-ġdid f’kaxxi li fihom flixkun wieħed u fuqhom iwaħħal it-trade mark qabel it-tqegħid fis-suq tal-Istat ta’ importazzjoni?
(1) ĠU L 299, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy