21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – UAB Borta vs Direzzjoni tal-port marittimu nazzjonali ta’ Klaipėda
(Kawża C-298/15)
(2015/C 311/24)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UAB Borta
Konvenuta: Direzzjoni tal-port marittimu nazzjonali ta’ Klaipėda (VĮ Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija)
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 37, 38, 53 u 54 tad-Direttiva 2004/17 (1), moqrija flimkien jew separatament (iżda mingħajr limitazzjoni) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li:
a)
dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, f’każ ta’ użu ta’ sottokuntratturi bil-għan li jiġi eżegwit kuntratt tax-xogħol, ix-xogħlijiet prinċipali, kif definiti mill-Awtorità kontraenti, għandhom jitwettqu mill-kontraent?
b)
dawn jipprekludu modalitajiet, iddefiniti fid-dokumenti ta’ sejħa għal offerti, li jippermettu li jingħaqdu f’gruppi l-kapaċitajiet professjonali tal-fornituri, bħal dawk iddefiniti mill-Awtorità kontraenti fiċ-ċirkustanza tas-sejħa għal offerti, li jeħtieġu li l-parti relatata mal-kapaċitajiet professjonali tal-operatur ekonomiku kkonċernat (ta’ parti għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni) għandha tikkorrispondi b’mod proporzjonali mal-parti tax-xogħlijiet li jwettaq realment fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku?
2)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10, 46, 47 tad-Direttiva 2004/17, moqrija flimkien jew separatament (iżda mingħajr limitazzjoni) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li:
a)
il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza ma humiex miksura meta l-Awtorità kontraenti:
—
tiddefinixxi minn quddiem fid-dokumenti ta’ sejħa għal offerti possibbiltà ġenerali ta’ ggruppar tal-kapaċitajiet professjonali tal-fornituri, iżda mhux il-modalitajiet konkreti tagħha ta’ implementazzjoni;
—
tiddefinixxi iktar speċifikament wara, matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, il-kundizzjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-fornituri billi jiġu previsti ċerti limitazzjonijiet għall-iggruppar tal-kapaċitajiet professjonali tal-fornituri; jew
—
testendi, minħabba din id-definizzjoni iktar speċifika tal-kontenut tal-ħtiġijiet ta’ klassifikazzjoni, it-terminu limitu ta’ preżentazzjoni tal-offerti u tiddikjara din l-estenzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali?
b)
limitazzjoni tal-iggruppar tal-kapaċitajiet tal-fornituri ma għandhiex tkun ċarament iddikjarata minn quddiem jekk, minħabba l-ispeċifiċità tal-attività tal-Awtorità kontraenti u tal-karatteristiċi tal-kuntratt pubbliku, din tista’ tkun prevista u ġġustifikata?
(1) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).
Full & Egal Universal Law Academy