Kawża C-299/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Daniele Striani et, RFC. Seresien ASBL vs Union Européenne des Sociétés de Football Association (UEFA), Union Royale Belge des Sociétés de Football – Association (URBSFA)
C2702015MT1910120150619MT0024191202
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Daniele Striani et, RFC. Seresien ASBL vs Union Européenne des Sociétés de Football Association (UEFA), Union Royale Belge des Sociétés de Football – Association (URBSFA)
(Kawża C-299/15)2015/C 270/24Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Daniele Striani et, RFC. Seresien ASBL
Konvenuti: Union Européenne des Sociétés de Football Association (UEFA), Union Royale Belge des Sociétés de Football – Association (URBSFA)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 101 TFUE (jew l-Artikolu 102 TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola tal-UEFA msejħa “l-ħtieġa ta’ bilanċ finanzjarju” jew “break-even rule” tikser din id-dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju, sa fejn ir-regola tal-UEFA toħloq restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni (jew abbuż minn pożizzjoni dominanti), b’mod partikolari r-restrizzjoni “skont is-suġġett” li hija l-limitazzjoni tad-dritt li jsiru investimenti, li jew ikunu “skont is-suġġett” antikompetittivi jew inkella ma jkunux inerenti għat-twettiq tal-għanijiet imfittxija mill-UEFA – jiġifieri l-istabbiltà finanzjarja fit-tul tal-futbol tal-klabbs u l-integrità sportiva tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA – jew sussidjarjament – restrizzjonijiet li ma jkunux proporzjonati għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet?
2)
L-Artikoli 63, 56 u 45 TFUE (kif ukoll l-Artikoli 15 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-regola tal-UEFA msejħa “l-ħtieġa ta’ bilanċ finanzjarju” jew “break-even rule” tikser dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju, sa fejn ir-regola tal-UEFA toħloq restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu (kapital, servizzi, ħaddiema) li ma humiex inerenti għat-twettiq tal-għanijiet imfittxija mill-UEFA – jiġifieri l-istabbiltà finanzjarja fit-tul tal-futbol tal-klabbs u l-integrità sportiva tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA (u li għalhekk ma humiex iġġustifikati minn “raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali”) – jew sussidjarjament – restrizzjonijiet li ma humiex proporzjonati għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet?
3)
Id-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju msemmija iktar ’il fuq (jew xi wħud minnhom) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikoli 65 u 66 tar-Regoli tal-UEFA “Regoli tal-UEFA dwar l-għoti ta’ liċenzji lill-klabbs u l-fair-play finanzjarju”, jiksru dawn id-dispożizzjonijiet (jew xi wħud minnhom), sa fejn ir-regola tal-UEFA – anki jekk ir-restrizzjonijiet/ostakli li dawn jiġġeneraw ikollhom relazzjoni inerenti mal-protezzjoni tal-integrità sportiva tal-kompetizzjonijiet bejn il-klabbs tal-UEFA – tkun sproporzjonata u/jew diskriminatorja, sa fejn din tkun tiffavorixxi l-ħlas ta’ ċerti krediti u – korrelattivament – tittratta b’mod inqas favorevoli l-ħlas tal-kredituri mhux protetti, b’mod partikolari lill-aġenti tal-plejers?
Full & Egal Universal Law Academy