7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Charles Kohll, Sylvie Kohll-Schlesser vs Directeur de l’administration des contributions directes
(Kawża C-300/15)
(2015/C 294/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Charles Kohll, Sylvie Kohll-Schlesser
Konvenuta: Directeur de l’administration des contributions directes
Domandi preliminari
Il-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema, inkluż, b’mod partikolari, fl-Artikolu 45 TFUE, jipprekludi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 139b(1), tal-liġi emendata tal-4 ta’ Diċembru 1967, dwar it-taxxa fuq id-dħul, sa fejn dawn jirriżervaw, lill-persuni li għandhom ċertifikat taż-żamma tat-taxxa fil-pussess tagħhom, il-benefiċċju tal-kreditu tat-taxxa inkluż fih?
Full & Egal Universal Law Academy