7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/35
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Marc Soulier, Sara Doke vs Ministre de la Culture et de la Communication, Premier ministre
(Kawża C-301/15)
(2015/C 294/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marc Soulier, Sara Doke
Konvenuti: Ministre de la Culture et de la Communication, Premier ministre
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2001/29/KE, tat-22 ta’ Mejju 2001 (1), jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik li ġiet analizzata fil-punt 1 ta’ [din] id-deċiżjoni, li tagħti lis-soċjetajiet kollettriċi ta’ drittijiet awtorizzati d-dritt li jawtorizzaw ir-riproduzzjoni u r-rappreżentazzjoni fil-forma diġitali ta’ “kotba li ma humiex disponibbli”, filwaqt li jippermettu lill-awturi ta’ dawk il-kotba, jew lill-aventi kawża tagħhom, jopponu jew itemmu din il-prattika, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minnha?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy