7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/35
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo Tarragona (Spanja) fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Correos y Telégrafos S.A. vs Ayuntamiento de Vila Seca
(Kawża C-302/15)
(2015/C 294/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo Tarragona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Correos y Telégrafos S.A.
Konvenut: Ayuntamiento de Vila Seca
Domanda preliminari
L-Artikoli 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u 7 tad-Direttiva 2008/6/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE (2) dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bħala mezz sabiex tiffinanzja s-servizz postali universali, l-eżenzjoni mit-taxxi marbuta ma’ dan is-servizz?
(1) ĠU L 52, p. 3
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71
Full & Egal Universal Law Academy