7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/36
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Delta Air Lines Inc. vs Daniel Dam Hansen, Mille Doktor, Carsten Jensen, Mogens Jensen, Dorthe Fabricius, Jens Ejner Rasmussen, Christian Bøje Pedersen, Andreas Fabricius, Mads Wedel Rasmussen, Nicklas Wedel Rasmussen, Thomas Lindstrøm Jensen, Marianne Thestrup Jensen, Erik Lindstrøm Jensen, Jakob Lindstrøm Jensen, Liva Doktor, Peter Lindstrøm Jensen
(Kawża C-305/15)
(2015/C 294/46)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret (id-Danimarka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Delta Air Lines Inc.
Konvenuti: Daniel Dam Hansen, Mille Doktor, Carsten Jensen, Mogens Jensen, Dorthe Fabricius, Jens Ejner Rasmussen, Christian Bøje Pedersen, Andreas Fabricius, Mads Wedel Rasmussen, Nicklas Wedel Rasmussen, Thomas Lindstrøm Jensen, Marianne Thestrup Jensen, Erik Lindstrøm Jensen, Jakob Lindstrøm Jensen, Liva Doktor, Peter Lindstrøm Jensen
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bis-saħħa tal-imsemmi regolament, passiġġieri ta’ ajruport jistgħu jkollhom dritt għal diversi kumpensi għall-istess riżervazzjoni meta t-titjira li fuqha t-trasportatur ikun ittrasferixxihom tiġi kkanċellata jew imdewma għal iktar minn tliet sigħat, b’mod li l-kumpens previst mill-Artikolu 7 tiegħu ma huwiex fiss iżda jiddependi min-numru ta’ kanċellazzjonijiet jew mill-ambitu tal-kanċellazzjonijiet u għaldaqstant mid-dewmien?
2)
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, kif din tiġi rrikonċiljata mal-prinċipju stabbilit mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et, C-402/07 u C-432/07, EU:C:2009:716, li jipprovdi li l-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġieri ta’ titjiriet imdewma jistgħu jiġu ttrattati bħala passiġġieri ta’ titjiriet ikkanċellati għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens meta, fir-rigward ta’ dan id-dritt, il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-23 ta’ Ottubru 2012, Nelson et, C-581/10 u C-629/10, EU:C:2012:657, ikkonstatat li t-tul ta’ dewmien lil hinn minn tliet sigħat ma jitteħidx inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-kumpens fiss?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy