21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/21
Rikors ippreżentat fit-23 ta Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija
(Kawża C-306/15)
(2015/C 311/26)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano, L. Nicolae, aġenti)
Konvenuta: Ir-Rumanija
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorju u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni tali dispożizzjonijiet, ir-Rumanija kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(1) tad-direttiva suesposta;
—
tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fid-dritt intern skada fit-30 ta’ Settembru 2013.
(1) ĠU L 37, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy