7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/38
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ Ġunju 2015 – TrustBuddy AB vs Lauri Pihlajaniemi
(Kawża C-311/15)
(2015/C 294/48)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TrustBuddy AB
Konvenut: Lauri Pihlajaniemi
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tiġi kkunsidrata bħala kreditur anki kumpannija, li tippromwovi fuq l-internet il-bejgħ lil konsumaturi tal-hekk imsejħa krediti bejn l-individwi u li teżerċita, fil-konfront tal-konsumatur, id-dritt, li normalment jingħata lil kreditur, li jiddetermina l-kundizzjonijiet, l-għoti u l-irkupru tal-kreditu, minkejja li l-fondi jkunu ġejjin minn individwi, li jibqgħu anonimi, u jibqgħu separati mill-assi tal-kumpannija.
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
Full & Egal Universal Law Academy