14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/19
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 minn SolarWorld AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ April 2015 fil-Kawża T-393/13, SolarWorld AG vs Il-Kummisjoni Ewropea
(Kawża C-312/15 P)
(2015/C 302/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Solsonica SpA
Talbiet
—
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-393/13 sa fejn jiddeċiedi li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament u dwar ir-rikors għad-danni;
—
tiddikjara r-rikors għal annullament u r-rikors għad-danni ppreżentati fil-Kawża T-393/13 bħala ammissibbli;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors għal annullament u tar-rikors għad-danni.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest meta ddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament u dwar ir-rikors għad-danni li hija kienet ippreżentat.
Full & Egal Universal Law Academy