7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/39
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-314/15)
(2015/C 294/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma żguratx it-trattament sekondarju jew ekwivalenti tal-ilma urban mormi tal-15-il agglomerazzjoni b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni inkluża bejn l-10 000 u l-15 000 għal kull rimi barra minn żoni sensittivi, jew b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni inkluża bejn l-2 000 u l-10 000 għar-rimi kollu, fl-ilma ħelu u l-estwarji, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1).
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta li Franza ma implementatx korrettament, fi ħmistax-il agglomerazzjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
Skont tal-Artikolu 4(1) u (3) tad-Direttiva 91/271/KEE, l-agglomerazzjonijiet b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni (EP) inkluża bejn l-10 000 u l-15 000 għal kull rimi barra minn żoni sensittivi, jew b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni inkluża bejn l-2 000 u l-10 000 għar-rimi kollu, fl-ilma ħelu u l-estwarji, kellhom jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma mormi urban u jissuġġettaw dan l-ilma għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, mhux iktar tar mill-31 ta’ Diċembru 2005.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy