28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-29 ta’ Ġunju 2015 – Google Ireland Limited u Google Italy Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
(Kawża C-322/15)
(2015/C 320/21)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Google Ireland Limited u Google Italy Srl
Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 397/13/CONS tal-Autorità di garanzia delle Telecomunicazioni u tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali relatati magħha kif interpretati mill-istess awtorità, li jimponu “dikjarazzjoni ekonomika sistematika” kumplessa (li għandha neċessarjament tiġi redatta skont ir-regoli tal-kontabbiltà Taljani) relatata mas-servizzi offruti lill-konsumaturi Taljani, bil-għan li tkun protetta l-kompetizzjoni, iżda li huma neċessarjament marbuta mal-funzjonijiet istituzzjonali oħra, differenti u iktar limitati, li l-istess awtorità teżerċita sabiex tipproteġi l-pluraliżmu fis-settur inkwistjoni, peress li l-imsemmi obbligu ta’ dikjarazzjoni jaqa’ fuq operaturi li, madankollu, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola dan is-settur (Testo Unico dei Servizi di Media Audiovisivi e Radiofonici), speċifikament, f’dan il-każ, fuq operatur nazzjonali li jipprovdi biss servizzi lil kumpannija rregolata taħt id-dritt Irlandiż li tappartjeni għall-istess grupp u fuq din tal-aħħar, jiġifieri operatur li s-sede tiegħu ma hijiex stabbilita fit-territorju nazzjonali u ma jeżerċita ebda attività li timpjega ħaddiema bis-salarju; fi kliem ieħor, din tikkostitwixxi miżura li tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni Ewropea bi ksur tal-Artikolu 56 tat-Trattat?
Full & Egal Universal Law Academy