21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – Unionen vs Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB
(Kawża C-336/15)
(2015/C 311/34)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Arbetsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unionen
Konvenuti: Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB
Domanda preliminari
Huwa kompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001 (1) li, iktar minn sena mit-trasferiment ta’ impriża u fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ klawżola tal-ftehim kollettiv fis-seħħ taċ-ċessjonarju li għandha l-effett li ċertu tul tas-servizz mhux interrott ma’ persuna li timpjega waħda jkun meħtieġ sabiex wieħed jibbenefika mill-estensjoni tal-perijodu ta’ preavviż fil-każ ta’ tkeċċija, l-imsemmi ċessjonarju ma jiħux inkunsiderazzjoni t-tul tas-servizz magħmul minn ħaddiema ta’ ċedent, minkejja li skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ taċ-ċedent li jinkludi klawżola identika, il-ħaddiema kellhom dritt li dan it-tul tas-servizz jittieħed inkunsiderazzjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).
Full & Egal Universal Law Academy