21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2015 – J. Klinkenberg vs Minister van Infrastructuur en Milieu
(Kawża C-343/15)
(2015/C 311/36)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: J. Klinkenberg
Konvenut: Minister van Infrastructuur en Milieu
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/63/KE (1) u l-Klawżola 1(1) tal-anness tagħha, intitolat “Ftehim ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva u dan l-anness huma applikabbli għal uffiċjal li jaħdem mal-kumpannija marittima nazzjonali Olandiża u li jagħmel parti mill-ekwipaġġ ta’ vapur li jwettaq operazzjonijiet ta’ spezzjoni tas-sajd?
2)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391/KEE (2), l-Artikolu 1(3) u l-parti inizjali u l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/104/KE (3), l-Artikolu 1(3) u l-parti inizjali u l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-Direttiva 93/104/KE u d-Direttiva 2003/88/KE huma applikabbli għall-uffiċjal imsemmi fl-ewwel domanda?
3)
L-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 93/104/KE u l-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li għandhom jitqiesu bħala perijodu ta’ mistrieħ is-sigħat li matulhom l-uffiċjal imsemmi fl-ewwel domanda ma jwettaq ebda xogħol waqt it-tbaħħir, iżda jkun marbut li, fuq sejħa, jagħmel xogħol ta’ tiswija fil-kamra tal-magni?
4)
L-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 93/104/KE u l-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li għandhom jitqiesu bħala perijodu ta’ mistrieħ is-sigħat li matulhom l-uffiċjal imsemmi fl-ewwel domanda ma jwettaq ebda xogħol waqt il-vjaġġ, iżda jkun marbut iwettaq xogħol fuq l-istruzzjonijiet tal-kaptan jekk dan ikun neċessarju għas-sigurtà immedjata tal-vapur, tal-persuni abbord, tat-tagħbija jew tal-ambjent, jew sabiex tingħata assistenza lil vapuri oħra jew lil persuni f’diffikultà fil-baħar?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ġunju 1999, dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) – Anness: Ftehim ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 3, p. 363)
(2) Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349)
(3) Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197)
(4) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 391)
Full & Egal Universal Law Academy